“Yaz, Li Tqum U Titkellem Ftit Żmien Biss Wara L-Miscarriage Tiegħek Huwa Ta’ Kuraġġ Li Ma Tistax Tiddeskrivi Bil-Kliem” – Melanie Kelly

Permezz ta’ messaġġ emozzjonali fuq il-paġna tagħha, Melanie Kelly iddedikat kelmtejn lil Yazmin F. Helledie biex tesprimi kemm tapprezza l-kuraġġ tagħha.

Hi kitbitilha, “Jien iltqajt ma’ Yazmin riċentament waqt il-podcast tiegħi Kellymni, u mill-ewwel qbilna. Ftit konna nafu li se nerġgħu niltaqgħu flimkien fi żmien qasir – din id-darba magħqudin biex nitkellmu dwar il-miscarriage leave, xi ħaġa tant personali u important għalina t-tnejn.”

Żiedet, “Yaż, li tqum u titkellem ftit żmien biss wara l-miscarriage tiegħek huwa ta’ kuraġġ li ma tistax tiddeskrivi bil-kliem. Jiena nħossni kburija bik mhux biss għax ġejt, imma għax ġejt int kif int. B’qalbi kollha nemmen li int se ssir l-omm li jixraqlek tkun – u nixtieqlek l-imħabba, u t-tama f’dak il-vjaġġ.”

Instagram / @with_melaniekelly







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI