“Matt Blxck Se Jirrappreżentana Fl-OGAE Second Chance Contest 2026 Bil-Kanzunetta ‘Ejja Lejja Hdejja L’Hawn’!” – OGAE Malta

Matt Blxck Malta

Il-kantant Malti Matt Blxck se jkun ir-rappreżentant ta' Malta fl-OGAE Second Chance Contest 2026 bil-kanzunetta Ejja Lejja Hdejja l'Hawn.

L-għażla tfisser li l-kanzunetta se terġa' tingħata ċ-ċans tikkompeti fuq livell internazzjonali quddiem udjenza ta' dilettanti tal-Eurovision minn diversi pajjiżi.

Fl-istess għażla, Denise bil-kanzunetta Trophy spiċċat fit-tieni post, filwaqt li Mychael Bartolo Chircop b'My Sweet Angel kiseb it-tielet post.

Issa l-attenzjoni ddur fuq Matt Blxck, hekk kif il-partitarji Maltin huma mistiedna jagħtuh l-appoġġ tagħhom waqt li jirrappreżenta lil Malta f'din il-kompetizzjoni internazzjonali.

Ritratti:

Facebook/ Matt Blxck

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI