F'messaġġ sempliċi iżda mimli mħabba fuq il-midja soċjali, l-imprenditur lokali Mark Grech — wieħed mill-imħuħ wara l-wasla ta' produzzjonijiet televiżivi u ditti popolari f'Malta fosthom MasterChef Malta, X Factor Malta u All'Antico Vinaio — iċċelebra l-ewwel għeluq snin ta' bintu Ella.
B'riflessjoni mill-qalb dwar din l-aħħar sena ta' ħajtu, Grech iddeskriva l-paternità bħala l-aqwa rwol li qatt ingħata, fejn kiteb: "Sena ilu ngħatajt promozzjoni għall-aqwa rwol li qatt kelli, dak li nkun missier. Awguri f'għeluq sninek Ella, inħobbok aktar milli l-kliem jista' jiddeskrivi."
Il-messaġġ malajr ġibed bosta reazzjonijiet pożittivi u xewqat sbieħ mingħand ħbieb, kollegi u segwaċi li awguraw l-isbaħ xewqat lil Ella f'dan l-ewwel tragward sabiħ ta' ħajjitha.
Awguri Ella!
Facebook/Mark Grech