Żewġ timijiet Ewropej spiċċaw eliminati mill-FIFA World Cup 2026 wara żewġ konfronti drammatiċi li ġew deċiżi bl-għoti tal-penalties.
Il-Ġermanja sfat eliminata mill-Paraguay wara li l-logħba ntemmet fi draw ta’ 1-1 wara l-ħin regolamentari u l-ħin barrani. Fil-penalties kienu l-Paraguay li żammew il-kalma, fejn huma rebħu 4-3 u b’hekk ibbukkjaw posthom fir-round ta' 16.
Sorpriża oħra waslet ftit tal-ħin wara hekk kif il-Marokk elimina lill-Olanda, ukoll wara l-għoti tal-penalties. Wara li l-konfront intemm 1-1, il-Marokk rebaħ is-shootout bl-iskor ta’ 3-2, biex kompla l-avventura tiegħu fil-kampjonat.
Kemm il-Ġermanja kif ukoll l-Olanda kienu meqjusa bħala favoriti ċari biex jgħaddu għar-rawnd li jmiss. Madankollu, Paraguay u l-Marokk urew determinazzjoni kbira, baqgħu kompetittivi tul il-120 minuta u fl-aħħar mill-aħħar għamlu biżżejjed biex jiksbu żewġ kwalifiki memorabbli.
Dawn iż-żewġ riżultati jkomplu juru li l-fażi tan-knockout tal-World Cup toffri sorpriżi. Minkejja l-istorja u l-prestiġju tat-timijiet favoriti, partita waħda tista’ tbiddel kollox, u din id-darba kienu Paraguay u l-Marokk li ċċelebraw kwalifikazzjoni storika għar-round ta' 16.
Facebook / World Cup