Il-Lionfish Tinstab Għall-Ewwel Darba Fl-Ibraħ Maltin – Speċi Valenuża Li Wieħed Għandu Joqgħod Attent Minnha

Il-lionfish issa ġiet ikkonfermata fl-ibħra Maltin wara li, għall-ewwel darba, inqabdet u ġiet dokumentat b’evidenza fotografika.

L-aħbar tħabbret mill-professur Alan Deidun, li spjega kif matul l-aħħar snin kienu ċċirkolaw diversi rapporti dwar dehriet jew qabdiet ta’ dan it-tip ta' ħut f’Malta. Madankollu, dawn qatt ma setgħu jiġu kkonfermati minħabba n-nuqqas ta’ ritratti, filmati jew il-ħuta nnifisha.

Din id-darba, iżda, kampjun tad-Devil Firefish (Pterois miles), waħda miż-żewġ speċi magħrufa ta’ lionfish, inqabad fl-ibħra Maltin minn James Mamo, li rnexxielu wkoll jieħu ritratti tal-qabda. Dan ippermetta li l-preżenza tal-ispeċi tkun ikkonfermata uffiċjalment.



Alan Deidun irringrazzja lil James Mamo tal-kontribut tiegħu, kif ukoll lill-kollegi tiegħu Bruno, Mariolina, Alessio u Arnold, u lir-rivista xjentifika Annales għall-appoġġ kontinwu fir-riċerka dwar din l-ispeċi.

Il-lionfish hija magħrufa għax għandha xewk fuq il-pinen li huwa velenuż ħafna. Barra minn hekk, hija meqjusa bħala waħda mill-aktar ħut invażivi fid-dinja, speċjalment wara t-tixrid rapidu fil-punent tal-Oċean Atlantiku, fejn kellu impatt sinifikanti fuq l-ekosistemi tal-baħar.

Din is-sejba tkompli tenfasizza l-importanza tal-kampanja ta’ citizen science "Spot the Alien Fish", li tħeġġeġ lis-sajjieda, lill-għaddasa u lill-pubbliku biex jirrappurtaw speċijiet mhux tas-soltu li jiltaqgħu magħhom fl-ibħra Maltin.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI