Il-grupp ta' liqourish ta' din is-sena kien għal darb'oħra wieħed ħelu! Ċert li ħadtu pjaċir b'ħafna minnhom.
Iżda jidher li tnejn mill-parteċipanti li tant issemmew minnkom it-telespettaturi sabu ħbiberija kbira bejniethom. Dawn m'huma ħadd ħlief ir-rebbieħ ta' Liqourish ta' din is-sena Dylan u Dalton! Fil-fatt illum Dalton jagħlaq 31 sena u Dylan xtaq iħallilu messaġġ għall-okkażjoni!
"Nawgura xewqat sbieħ f'għeluq il-31 sena lil wieħed mill-aktar individwi ambizzjużi li qatt iltqajt magħhom! Raġel li jispirani għall-karattru sod li għandu. Sibt persuna leali li llum il-ġurnata nqis bħala ħija".
Kliem mill-isbaħ li juri biċ-ċar il-ħbiberija soda li hemm bejniethom. F'isem it-tim kollu ta' Gwida.mt nawguraw l-isbaħ xewqat lil Dalton!
View this post on Instagram
Instagram/ Dylan - The Mad Tatter/ liqourishadventure