Ilbieraħ il-preżentatriċi Antonella Vassallo rebħet erba’ unuri differenti waqt l-ewwel edizzjoni tal-Malta’s Best DJ & Entertainment Awards.
Lil Antonella bħalissa qed narawha kuljum tippreżenta l-programm Għaddi s’Hawn u kull nhar ta’ Sibt ukoll il-programm Illejla Illejla.
Hi rebħet l-unur għall-aqwa preżentatriċi, l-aqwa personalità televiżiva, l-aqwa programm televiżiv, kif ukoll l-aqwa talk show.
Fuq il-mezzi soċjali, Antonella esprimiet il-gratitudni tagħha u saħqet li tinsab “verament kuntenta”.
Prosit, Antonella!
Ritratti: Facebook / Antonella Vassallo u Għaddi s’Hawn