Il-ħin tas-sajf ser jiġi fi tmiemu llejla. Importanti li kulħadd ikun jaf li li dan il-ħin ser jispiċċa fit-tlieta ta’ filgħodu u l-arloġġ jiddawwar b’siegħa lura. B’hekk kulħadd se jkun qed jigwadanja siegħa żejda ta’ rqad.
Id-dibattitu dwar liem ħin jippreferu l-Maltin, jekk hux tas-sajf jew tax-xitwa, ma waqafx imma għalissa jidher li se nkomplu ndawru s-siegħa sakemm tinħareġ deċiżjoni uffiċjali minn l-Unjoni Ewropea biex tieqaf iddur is-siegħa.