Maria 'Scooby Cuschieri hi persuna li batiet immens minħabba stigma li dejjem użaw kontriha ta' madwarha minn ċkunitha. Madanakollu tgħid li "nagħżel li dejjem niġġieled kontra l-kurrent" u llum għandha familja kompluta li tinsab dejjem warajha.
Cuschieri tirrakkonta kif anke fl-iskola ġarrbet ħdura u tgħajjir anke minn għalliema. Dan kollu għax għażlet li taċċetta lilha nnifisha u tgħix ħajjitha. Madanakollu tisħaq li maż-żmien sabet mod mill-isbaħ kif tgħin lil ħaddieħor ma jbatix bħal ma bagħtiet hi, kemm fejn tidħol orjentazzjoni sesswali kif ukoll saħħa.
“Għadni kif ħadt l-aħbar li għandi l-kanċer. Imma taf xiex? Jien imbierka wisq - għandi l-maħbuba tiegħi, lil ibni u l-familja li jappoġġjawni b'kull mod, x'irrid aktar?" - fil-fatt minkejja s-sitwazzjoni diffiċli li sabet ruħha fiha kompliet turi kemm hi persuna soda u determinata li tibqa' tissielet.
Minn qalbna nawghuraw lil Maria l-isbaħ futur mimli mħabba, saħħa u kuntentizza. J'Alla tibqa' żżomm sod!