Inxtered messaġġ fuq il-mezzi soċjali rigward kif il-pandemija sfrattat il-professjoni tal-artist minn Owen Luellen li jixtieq l-għajnuna tal-awtoritajiet konċernati biex joffru għajnuna aħjar għall-ispettaklu lokali.
"Għaliex ċertu setturi u negozji qed jagħlqu u jerġgħu jinfetħu minħabba l-Covid-19 imma ħadd mhu jagħmel xejn għall-ispettaklu u x-xogħol tal-artisti f'Malta? Għaliex ma nħallux l-avveninmenti jsiru flimkien ma' sett ta' regolamenti jew għalmenu nkunu kreattivi bħal pajjiżi oħra fosthom il-Ġermanja, Ir-Renju Unit, Franza, L-Italja eċċ?"
Owen isemmi l-possibiltà li l-gvern jista' jkun mhux qed jagħmel l-għalmu tiegħu biżżejjed biex ikun hemm il-fondi għall-artisti u l-professjoni tagħhom. Jitlob biex il-messaġġ jinxtered u ma jaqgħax fuq widnejn torox.
Int x'taħseb dwar dan? Irrealizzajt kemm l-artist qed jingħata l-ġenb?
Facebook/ Owen Luellen