“Il-Parroċċa Tal-Mellieħa Iċċelebrat Il-50 Sena Ta’ Ħidma Tas-Sagristan Christpher Bartolo” – Mellieħa Fireworks

Fuq il-paġna uffiċjali tal-ajru tan-nar Mellieħa, ippubblikaw messaġġ t’awgurju lis-Sagristan Christopher Bartolo li lbieraħ iċċelebra anniversarju ta’ ħamsin sena.

Huma kitbulu, “Ilbieraħ, il-Parroċċa tal-Mellieħa iċċelebrat il-50 sena ta’ ħidma tas-Sagristan Christpher Bartolo ġewwa l-Mellieħa. L-Għaqda tan-nar tawgura lil Chris u tirringrazzjah tax-xogħol u dedikazzjoni li wera matul dawn is-snin kollha.”



Il-paġna tal-Parroċċa Marija Bambina il-Mellieħa żiedu jgħidu li ċ-ċelebrazzjoni ta’ radd il-ħajr ġiet immexxmija mill-Eċċ. Tiegħu l-Isqof Joseph Galea Curmi. Huma spjegaw, “F’din l-okkażjoni Chris għoġbu jippreżenta l-kalċi lill-parroċċa waqt li l-Arċipriet ippreżentalu ikona ta’ San Ġużepp bħala tifkira.”



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nawgurawlu mill-qalb u nirringrazzjawh tal-ħidma tiegħu ġewwa l-komunita`Nisranija.



Ritratti:

Facebook / Mellieħa Fireworks u Parroċċa Marija Bambina – Il-Mellieħa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI