Matul dawn l-aħħar jiem pajjiżna sab ruħu fid-disa’ post fil-klassifika maħruġa mid-djar tal-imħatri ta’ min aktarx se jirbaħ il-Eurovision Song Contest ta’ din is-sena. Issa Malta reggħet sabet ruħha mill-ġdid fis-seba’ post hekk kif il-kanzunetta ‘Bella’ qed tkompli tattira l-interess ta’ udjenza dejjem ikbar.
AIDAN bħalissa jinsab fi Vjenna fejn hu mistenni jkanta għall-ewwel darba fuq il-palk tal-Eurovision nhar il-Ħamis li ġej fejn se tkun qiegħda sseħħ it-tieni serata tas-semi-finali.
Malta fis-seba’ post mad-djar tal-imħatri hi segwita mill-Iżrael, mill-Awstralja, Franza, id-Danimarka, il-Greċja kif ukoll il-Findlanja. Il-kanzunetta Finlandiża rnexxielha tibqa’ tokkupa l-ewwel post f’din il-klassifika għal dawn l-aħħar ġimgħat.
Facebook / AIDAN