Il-personalità televiżiva Maltija Eileen Montesin qasmet filmat nostalġiku b’diversi mumenti minn meta kienet tikkummenta fuq il-Eurovision Song Contest għal udjenzi Maltin.
Fil-filmat, Eileen inkludiet diversi clips u mumenti memorabbli bil-kanzunetti rebbieħa li matul is-snin kienu saru popolari ma’ ħafna telespettaturi Maltin, tant li ħafna għadhom jiftakru l-istil spontanju u umoristiku tagħha waqt is-serata tal-Eurovision. Fil-filmati Eileen inkludiet ritratti tat-tags li libset fis-snin li dehret tikkummenta.
Bosta segwaċi tagħha wkoll irreaġixxew għall-post b’kummenti nostalġiċi, fejn fissru kemm kienu jieħdu gost jisimgħuha tikkummenta waqt il-festival.
Matul is-snin, Eileen Montesin kienet fost l-aktar vuċijiet magħrufa marbuta mal-Eurovision f’Malta, b’ħafna jqisu l-kummentarju tagħha bħala wieħed memorabbli ferm!
Fb/ Eileen Montesin