Għada jasal il-mument meta AIDAN jirrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta Bella waqt it-tieni semifinali tal-Eurovision Song Contest 2026.
Is-serata li fiha ser inkunu nafu jekk Malta hux se tgħaddi għall-finali tas-Sibt. Iċ-ċans biex dan iseħħ jiddependi wkoll fuq it-televoting. Il-paġna uffiċjali Eurovision Song Malta xerrdu lista ta’ numri tat-televoting li bihom 17-il pajjiż jista’ jivvota għal Malta.
Il-paġna tappella, “Il-Maltin ma jistgħux jivvutaw lil Malta. Għidu lil qraba tagħkom minn madwar id-dinja biex jivvutaw lil Malta.”
Facebook/ Eurovision Song Malta