Messaġġ mimli mħabba u apprezzament minn Claudette Abela Baldacchino lejn żewġha Kevin Abela f’għeluq sninu qanqal reazzjonijiet sbieħ fuq il-midja soċjali. Fil-messaġġ tagħha, Claudette ddeskriviet lil Kevin bħala “raġel tassew mill-aqwa”, filwaqt li sejħitlu raġel straordinarju, missier inkredibbli u l-qalba ta’ tant mumenti sbieħ u ferriħin fil-familja tagħhom.
Hija qalet li huma jħobbuh ħafna u jqisu lilhom infushom fortunati li għandu post tant importanti f’ħajjithom. Claudette awguratlu jum mimli daħk, imħabba u dak kollu li jagħmlu kuntent, filwaqt li temmet il-messaġġ tagħha b’tislima ta’ “Happy Birthday” u x-xewqa għal ħafna aktar snin ta’ ċelebrazzjonijiet flimkien.
Il-messaġġ kien akkumpanjat minn ritratt tal-koppja ma’ uliedhom! F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat, illum u dejjem.
Facebook / Claudette Abela Baldacchino