Fuq il-midja soċjali, il-preżentatur lokali Clint Bajada kiteb messaġġ speċjali għal persuna importanti immens f’ħajtu, l-imħabba ta’ ħajtu, Debbie.
Għall-okkażjoni hu qasam kitba dwar l-imħabba u l-mod kif tgħinna nikbru f’ħajjitna. Clint jitkeb il-fatt li apparti li l-persuna li tkun f’relazzjoni magħha ġġib il-ferħ f’ħajtek, tgħinek taffaċċja anke d-diffikultajiet.
Clint jikteb, “Il-mod kif iġiegħluk tħossok vulnerabbli, mhuwiex sinjal li r-relazzjoni hija miksura. Dak hu x-xogħol tal-imħabba. Għax l-imħabba vera ma tgħidlikx biss it-tajjeb, imma tpoġġik wiċċ imb wiċċ mal-agħar drawwiet tiegħek u mal-verżjoni tiegħek innifsek li tippreferi tinjora.”
Ikompli jikteb, “F’relazzjoni, ma tkunx qed taffaċċja biss lill-persuna ta’ quddiemek, tkun qed taffaċċja lilek innifsek. L-imħabba qatt ma kienet maħsuba biex tkun faċli. Kienet maħsuba biex tbiddlek għal dejjem.”
Hu jawgura lil Debbie l-isbaħ xewqat f’jum għeluq sninha.
Facebook/ Clint Bajada