“Żminijiet sbieħ. Deċedut u żewġ ħajjin.” Hekk kiteb Joe Tanti fuq Facebook hekk kif reġa’ ltaqa’ ma’ Gordon Bonello u Rodney Gauci, tliet atturi li ħallew marka kbira fis-serje popolari Deċeduti, li kienet tixxandar fuq TVM bejn l-2011 u l-2012.
Ir-ritratt qanqal nostalġija fost ħafna segwaċi tas-serje, li għadhom jiftakru l-atturi li ħolqu l-karattri u l-istejjer uniċi li kienu jagħmlu lil Deċeduti produzzjoni differenti fuq it-televiżjoni Maltija.
Il-laqgħa bejn dawn it-tliet protagonisti serviet bħala tifkira sabiħa ta’ żmien li għal ħafna telespettaturi għadu marbut ma’ divertiment, daħk u memorji televiżivi indimentikabbli.
Xi ħlew!