Bosta fuq il-midja soċjali qed jawguraw l-isbaħ xewqat lil Suor Melissa d’Amico li llum għalqet 40 sena.
Fost oħrajn awgurawlha l-isbaħ xewqat is-Sorijiet tal-Karità ta’ Malta li hi tifforma parti minnhom. Huma faħħru t-tjubija u d-dedikazzjoni li Suor Melissa dejjem turi f’ħidmietha.
Fissru kif permezz tas-servizz tagħha, Suor Melissa rnexxielha matul is-snin tmiss il-qlub ta’ bosta.
Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha!
Facebook / Suor Mēlisså D’Amico u Facebook / Sisters of Charity Malta