Phylisienne Brincat Tispiċċa L-Isptar Wara Waqgħa Fuq Il-Palk Waqt Spettaklu Ta’ Ivan Gaffiero

Il-kantanta Maltija Phylisienne Brincat spiċċat l-isptar ilbieraħ filgħaxija wara li waqgħet fuq il-palk waqt rappreżentazzjoni ta' Gaffiero Productions. F'post li qasmet fuq il-midja soċjali, Phylisienne spjegat li minkejja l-inċident, hija ddeċidiet li tkompli bl-ispettaklu għax temmen bis-sħiħ li "the show must go on."

Madankollu, wara t-tmiem tal-wirja kellha tmur l-isptar fejn kienet qed tistenna biex isirilha X-rays. Hija żvelat li daret l-għaksa u weġġgħet idha, filwaqt li spjegat li qed tbati minn uġigħ qawwi f'idha tant li bħalissa bilkemm tista' ċċaqlaqha. Fil-messaġġ tagħha, Phylisienne talbet lil dawk li jsegwuha biex iżommuha fit-talb waqt li tistenna r-riżultati tal-eżamijiet mediċi.

"Napprezza t-talb tagħkom hekk kif qed nistenna r-riżultati. Grazzi tal-imħabba u s-sapport tagħkom. Alla jbierek lilkom ilkoll," kitbet il-kantanta. Minn hawn nawguraw lil Phylisienne fejqan ta' malajr u nittamaw li dalwaqt terġa' lura tagħmel dak li tant tħobb.

Ritratti:

Facebook / Phylisienne Brincat

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI