“Davide Twieled Illum Fis-00:45 Ta’ Filgħodu. Diġà Maħbub Ħafna.” – Jiżdied Membru Ġdid Fil-Familja Ta’ Diego and Us

Davide

Ferħ kbir għall-familja ta' Diego and I wara li Sefora ħabbret il-wasla tal-membru l-ġdid tagħhom, Davide, li twieled illum fis-00:45 ta’ filgħodu.



Permezz ta’ messaġġ emozzjonanti, il-ġenituri laqgħu lil binhom fid-dinja bil-kliem: “Merħba, Davide,” filwaqt li ddeskrivewh bħala tarbija li diġà hija maħbuba u għażiża immens mill-familja tagħha.

Fl-istess messaġġ, huma esprimew it-talb tagħhom biex il-Mulej ibierik u jipproteġi lil Davide tul ħajtu kollha. L-aħbar ġabet magħha mumenti ta’ ferħ u emozzjoni għall-familja u l-qraba tagħhom, li issa qed jiċċelebraw il-wasla ta’ dan il-membru ġdid fil-familja.

Merħba Davide u Awguri lill-familja kollha.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI