Il-preżentatur Wayne Sammut ħabbar li flimkien ma’ Claudia Cuschieri, huma għalqu l-iskeda ta’ Bil-Fatti. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu, hu rringrazzja lis-segwaċi kollha.
Kiteb, “171 programm. Mit-Tnejn sal-Ħamis. 9 xhur. Ilbieraħ Claudia u jien għalaqna l-iskeda ta’ Bil-Fatti. Grazzi kbira lit-tim kollu, lill-mistednin kollha u lil kull min kien magħna tul dawn id-disa’ xhur biex stajna nwasslu xandira diretta ta’ kuljum fi djarkom.”
Żied jgħid, “Kuntenti li, kull fejn stajna u kif stajna, żammejnilkom kumpanija u nfurmajnikom bl-aħħar aħbarijiet kurrenti.”
Dan il-messaġġ irċieva diversi kummenti pożittivi mingħand persuni li kienu jsegwu dan il-programm u apprezzaw id-dedikazzjoni tal-preżentaturi. Nawgurawlhom għall-kapitlu li jmiss!
Facebook / Wayne Sammut u Bil-Fatti