TV and Radio Retro huwa programm ta' nostalġija li ser jixxandar fuq ONE Radio, ippreżentat minn David Muscat. Il-programm jieħu lis-semmiegħa lura fiż-żmien u jfakkar l-aqwa mumenti tat-televiżjoni u tar-radju, kemm f'Malta kif ukoll barra minn Malta.
Matul il-programm jiġu diskussi: Serje televiżivi klassiċi. Cartoons li trabbew magħhom diversi ġenerazzjonijiet. Films u programmi ta' divertiment.Xandiriet tar-radju li ħallew impatt. Preżentaturi, atturi u kantanti li kienu popolari fis-snin li għaddew. Kurżitajiet, fatti interessanti u stejjer minn wara l-kwinti dwar produzzjonijiet televiżivi u tar-radju.

Il-programm jinkludi wkoll mużika nostalġika, intervisti ma' personalitajiet magħrufa u parteċipazzjoni mis-semmiegħa, li jaqsmu l-memorji u l-esperjenzi tagħhom dwar programmi li baqgħu mnaqqxa f'moħħhom.
Il-preżentazzjoni u l-produzzjoni hi f'idejn David Muscat. L-appuntament huwa għal nhar it-Tlieta li ġej 30 ta’ Ġunju fis-18:00 fuq ONE Radio.
L-ewwel mistieden huwa Lino Mintoff - fejn fl-aħħar siegħa tal-programm ser inkunu qed nitkellmu dwar Il-Madonna taċ-Ċoqqa, is-serje televiżiva li qajmet ħafna kontroversji.