“13-il Sena Ilu, Tlifna Bniedem Ta’ Valuri Li Tassew Kien Iħobb Lil Ħal Qormi Kollu” – L-MP Jerome Caruana Cilia Jsellem Il-Memorja Ta’ George Bianchi

Jerome Caruana Cilia

Il-membru parlamentari Jerome Caruana Cilia kiteb kelmtejn biex isellem il-memorja ta' persuna li dejjem sabha hemm ta' gwida tul ħajtu - George Bianchi. George ħalla din id-dinja propju bħal-lum 13-il sena ilu.

"13-il sena ilu, tlifna bniedem ta' valuri li tassew kien iħobb lil Ħal Qormi kollu. Grazzi ħafna tal-pariri siewja tiegħek George Bianchi. Strieħ fis-sliem ħabib tiegħi," jikteb Jerome.

Qasam anke ritratt tiegħu biex ifakkar il-memorja tiegħu fl-istess ħin. Strieħ fis-sliem George Bianchi.

Ritratti:

Facebook/ Jerome Caruana Cilia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI