“F’Dis-Sħana Esaġerata Tajna Flixkun Ilma U Sunblock Lill-Ħaddiema Tal-Indafa” – Is-Sindku Rabti Sandro Craus

Dalgħodu l-Kunsill Lokali tar-Rabat ħa l-inizjattiva li jqassam il-fliexken tal-ilma kif ukoll is-sunblock lill-ħaddiema tal-indafa li kineu qed jaħdmu f'xemx tiżreġ fil-lokalità.

Is-sindku Rabti Sandro Craus ħabbar dan fuq il-midja soċjali fejn ħeġġeġ lill-pubbliku sabiex fl-isfond ta' dawn il-kundizzjonijiet ta' temp, iżommu l-indafa kemm jista' jkun ħalli ma tiżdiedx it-tbatija għal dawn il-ħaddiema li jkollhom jaħdmu anke fil-qilla tax-xemx.

Intant, fuq il-midja soċjali ttellgħu ukoll bosta ritratti fejn dan il-ġest nobbli jidher qed jieħu l-ħajja.

Prosit tassew.

Ritratti:

Facebook / Sandro Craus

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI