Għal xi ħin matul il-ġurnata, l-istazzjon F Living illum ma setax ikompli jitrażmetti għall-udjenza tiegħu minħabba ħsarat li seħħew fuq il-fibre cables f'inħawi different madwar Malta hekk kif kienu qiegħdin isiru xi xogħlijiet minn xi kuntratturi.
F'filmat li tella' fuq il-midja soċjali tkellem dwar dan b'sens ta' diżappunt il-wiċċ ewlieni tal-istazzjon, Karl Bonaci.
Hu fisser kif sabiex jevita li dan jerġa' jseħħ fil-futur, l-istazzjon se jkun qed jinvesti f'teknoloġija iżjed moderna.
Facebook / F Living