91% Tan-Negozji Maltin Għadhom Jaċċettaw Il-Flus Kontanti – Il-Ħlas Bil-Mobile Għadu Lura

Il-flus kontanti għadhom fost l-aktar mezzi ta’ ħlas aċċettati f’Malta, filwaqt li l-użu tal-cards u l-ħlas permezz tal-mobile għadu lura meta mqabbel mal-medja taż-żona ewro.

Skont stħarriġ ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew, 91% tan-negozji żgħar u medji Maltin li jbigħu minn post fiżiku jaċċettaw il-flus kontanti, filwaqt li 81% jaċċettaw cards u 43% biss ħlasijiet bil-mobile. Fiż-żona ewro, dawn tal-aħħar jitilgħu għal 67%.

Il-flus kontanti jibqgħu partikolarment popolari fis-settur tal-bejgħ direttament lill-konsumatur, bħal ħwienet tal-ħwejjeġ, supermarkets, ħwienet taż-żraben, eċċ., fejn 99% tan-negozji Maltin mistħarrġa jaċċettawhom. Madankollu, 68% tan-negozji qalu li m’għandhom ebda preferenza dwar kif iħallsu l-klijenti.

Interessanti wkoll li 66% tan-negozji Maltin iqisu l-flus kontanti bħala aħjar mill-ħlas diġitali fejn tidħol is-sigurtà.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI