Richard Grech, iben il-kantant Dominic Grech tal-grupp popolari The Tramps, ilbieraħ fakkar il-memorja tal-għażiż missieru fuq il-midja soċjali.
Dominic jibqa' magħruf bħala l-vuċi oriġinali wara l-kanzunetta Xemx, li tagħha kien l-awtur u l-kompożitur. Kanzunetta oħra mir-repertorju tagħhom li baqgħet tindaqq tul iż-żmien hija l-kanzunetta Inti Djamant.
The Tramps kienu waħda mill-aktar bands popolari fil-mużika pop f’Għawdex. Lura fis-snin tmenin, il-band kienet anke rebħet il-Malta Song Festival bil-kanzunetta Sinjur, ġib il-Paċi.
Għalkemm huma magħrufa għall-kanzunetti tagħhom Xemx u Inti Djamant, il-band The Tramps u Dominic Grech kellhom reputazzjoni tajba ħafna b’kanzunetti divertenti li ferħu lill-udjenzi fis-snin 70 u 80.
Iben Dominic, Richard Grech, li huwa mużiċist ukoll, qasam story fuq il-midja soċjali fejn fiha jsellem il-memorja ta' missieru. "Ma ninsewk qatt Pa. 03/04/1950 - 23/08/2005"
Insellmu l-memorja ta' Dominic.
Facebook/ Richard Grech