Nawguraw F’Għeluq Sninu Lill-Attur Magħruf B’Mod Speċjali Waqt Is-Sensiela L-Għarusa, JP Xuereb!

JP Xuereb

L-attur lokali JP, li ismu proprju huwa Jean Paul, qed jiċċelebra għeluq sninu. Fost is-sehem tiegħu fix-xena televiżiva, jibqa' popolari l-karattru li interpreta waqt is-sensiela L-Għarusa, Bert. Bert kien l-għarus ta' Bettina, L-Għarusa.

Apparti din is-sensiela, JP rajnieh anke f’diversi reklami li jintwerew. Ħa sehem fi produzzjonijiet teatrali, u kien iddebutta bħala attur fuq sensiela televiżiva waqt Il-Klikka u  anki fil-film tal-istess sensiela li kien inħadem.

Nawguraw minn qalbna lil JP dak kollu li tixtieq qalbu llum u dejjem! Awguri mit-tim ta' Gwida.mt!

Ritratti:

Facebook/ JP Xuereb

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI