Għada Jagħlaq Sentejn Minn Meta Karl Gouder Ħalla Din Id-Dinja, Iżda L-Memorja Tiegħu Tibqa’ Ħajja

Għada jkunu għaddew sentejn minn meta Karl Gouder ħalla din id-dinja, iżda għal dawk li ħabbewh, iż-żmien ma jħassarx il-memorji u lanqas l-imħabba.

F’messaġġ ta’ tifkira, il-Partit Nazzjonalista ta’ Tarxien sellem il-memorja għażiża ta’ Karl, filwaqt li fakkar li jibqa’ dejjem magħhom u qatt minsi. B’mod partikolari, il-memorja tiegħu tibqa’ għażiża għall-martu u ħuh, Maxine u Simon, kif ukoll għan-neputijiet Martina, Chiara, Ally, Emma u Julia.

Għada, il-ħajja ta’ Karl se tkun imfakkra b’quddiesa fil-Knisja Parrokjali ta’ San Ġiljan fis-7pm.

Il-Franġiskan Konventwali Brother George Micallef ukoll sellem il-memorja tiegħu b’messaġġ qasir iżda mimli emozzjoni, hekk kif kiteb: “Għada sentejn ħabib...” u talab lill-Mulej biex ma jinsiex lil dawk li ħabbew u kienu maħbubin minnu.

It-Tim ta' Giwda.mt ukoll jixtieq li Karl jistrieħ fis-sliem!

Ritratti:

Facebook/Karl Gouder

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI