“Lourdes, Post Li Jibqa’ F’Qalbi” – Il-Membru Parlamentari Anthony Agius Decelis

Hemm postijiet li ma żżurhomx biss, imma tħosshom fil-fond ta’ qalbek. Wieħed minn dawn huwa Lourdes, destinazzjoni li għal ħafna tfisser mument ta’ fidi, tama u riflessjoni.

Kien proprju minn Lourdes li l-MP, Anthony Agius Decelis qasam messaġġ personali fuq Facebook, u esprima s-serħan li sab f’dan il-post qaddis. Fost is-silenzju u l-atmosfera speċjali tal-post, Decelis qal, li wieħed jista’ jħoss trankwillità u paċi, ’il bogħod mill-ħsejjes u l-għaġla tal-ħajja ta’ kuljum.

Għalih, iż-żjara f’Lourdes saret ukoll opportunità biex jieqaf għal ftit, jirrifletti, jitlob u jkun grat għal dak kollu li għandu. F’mument ta’ talb u fidi, Decelis għażel li jħalli f’idejn il-Madonna dak kollu li jġorr f’qalbu, b’tama li jsib il-qawwa u s-serħan meħtieġ.

Jista' jkun li huwa proprju dan, li jagħmel lil Lourdes tant speċjali — post fejn, għal ftit, il-ħajja tieqaf u l-qalb titkellem fis-skiet.

Ritratti:

Facebook/Anthony Agius Decelis

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI