Tagħlaq Sninha L-Kantanta Lokali Danica Muscat – Rajnieha Fost L-Oħrajn Fil-MESC u F’Mużika Mużika

Danica muscat

Tagħlaq sninha l-kantanta lokali, għalliema u omm ta' tnejn, Danica Muscat, li rajnieha dejjem tikber u tissaħħaħ fil-karriera mużikali tagħha.

Baqgħet tissemma għall-parteċipazzjoni tagħha fil-programm Taljan Io Canto, fejn tista' tgħid kienet l-ewwel Maltija li ttantat xortiha barra minn xtutna dak iż-żmien.

Lil Danica rajnieha fil-Malta Eurovision diversi drabi, fejn bidlet l-istili u tista' tgħid evolviet minn sena għall-oħra. L-aħħar parteċipazzjoni tagħha kienet fl-2018 bil-kanzunetta One Step At A Time.

Kisbet it-tielet post fis-Summer Hit Song Contest permezz tal-kanzunetta Amour u ħadet sehem fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza għal diversi snin. Danica kkompetiet anke f'X Factor Malta fejn waslet sal-fażi tal-Judges' Houses.

Hi wkoll waħda mill-uċuħ familjari fil-festival tal-lingwa Maltija, Mużika Mużika. Rebħet anke l-edizzjoni tal-2022 ta' Kanta Magħna. Riċentament Danica ħadet sehem waqt L-Għanja Tal-Poplu 2026 bil-kanzunetta Ġakketta Roża (Emil Calleja Bayliss/ Gillian Attard).

F'isem Gwida.mt nixitiequ nawguraw lil Danica l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali u dejjem! Nixtiqulha dak kollu li tixtieq qalbha u aktar suċċess fil-karriera mużikali!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI