Malta Kellha T-Tieni L-Ikbar Żieda, Fost Il-Pajjiżi Ewropej, Fl-Ammont Ta’ Titjiriet Kummerċjali

Skont statistika tal-Eurostat, matul din l-aħħar sena, Malta kellha t-tieni l-ikbar żieda fost il-pajjiżi Ewropej fl-ammont ta' titjiriet kummerċjali. Dan hekk kif l-għadd ta' titjiriet minn u lejn pajjiżna żdied b'12.4% meta kkumparat maċ-ċifri tas-sena l-oħra.

L-istatistika tirrimarka wkoll kif dawn l-aħħar tlett xhur tas-sajf - jiġifieri l-perjodu bejn Ġunju u Awwissu - it-traffiku tal-ajru Ewropew kien fl-aqwa tiegħu, hekk kif fil-fatt seħħew madwar żewġ miljun titjiriet. Ix-xahar t'Awwissu kien wieħed impenjat b'mod partikolari tant li matulu kien hemm 708,980 titjira kummerċjali.

Il-pajjiż Ewropew li ra l-ikber żieda fl-ammont ta' titjiriet kummerċjali kien proprju l-Islovakkja li ra żieda ta' 37%, filwaqt li min-naħa 'l oħra, kienet l-Awstrija li rat l-ikbar tnaqqis fl-ammont ta' titjiriet.

Ritratti:

Instagram / Eurostat, Facebook / Malta International Airport u Pexels

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI