Omm Shazia esprimiet kburija permezz ta’ messaġġ iddedikat lil bintha, f’jum l-ewwel ġurnata lura għall-iskola.
Hi kitbitilha, “L-ewwel jum ta’ skola ta’ Shazia. Illum, b’qalbi mimlija emozzjoni, se nkun qed inħalli lil binti f’idejn l-LSE u t-teachers tagħha. Mument li se nibqa’ nżommu f’qalbi għal dejjem. J’Alla kull pass li tagħmel ikun mimli tagħlim, imħabba, paċenzja u suċċess. Naf li l-vjaġġ tiegħek jaf ikun ftit differenti minn ta’ tfal oħra, imma jien nemmen fik, qalbi. U jien se nkun dejjem hemm għalik, nimxi miegħek pass pass.”
Żiedet tgħid, “Għax ma jimpurtax kemm iddum biex tasal… l-importanti li jkollok min jemmen fik, min jifhmek u min qatt ma jaqta’ qalbu minnek. Inħobbok, Shazia, aktar milli jistgħu jgħidu l-kliem. Il-kburija ta’ ommok!”
Kuraġġ Shazia! Nisperaw li kellek ġurnata sabiħa u nawgurawlek sena skolastika mill-aqwa!
Facebook / Shazia My Story