It-tim ta’ HazZzard iddedika l-ewwel episodju tal-14-il staġun tal-programm għall-memorja ta’ Calvin, li kien wieħed mill-parteċipanti fit-12-il staġun. F’messaġġ emozzjonanti ppubblikat fuq il-midja soċjali, it-tim ta’ HazZzard fakkar lil Calvin u l-mumenti li qasmu miegħu matul l-esperjenza tiegħu fil-programm.
“Qed niddedikaw l-episodju tal-lejla għall-memorja tal-għażiż Calvin, parteċipant mit-12-il staġun ta’ HazZzard,” kitbu fuq il-paġna tagħhom. Komplew billi saħqu li Calvin se jibqa’ dejjem parti mill-familja tal-programm u li l-memorji li ħolqu flimkien miegħu se jibqgħu jgħożżuhom.
“Calvin se jibqa’ dejjem parti mill-familja ta’ HazZzard, u l-memorji li qsamna miegħu ma jintesew qatt. Dan għalik, Calvin,” temm jgħid il-messaġġ, akkumpanjat minn qalb ħamra. Id-dedikazzjoni saret fl-istess jum li fih HazZzard The Quest irritorna fuq l-iskrins bil-premiere tal-14-il staġun tiegħu, it-Tlieta 29 ta’ Settembru.
Permezz ta’ din id-dedikazzjoni, it-tim ta’ HazZzard ried isellem il-memorja ta’ Calvin, li permezz tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-programm sar parti mill-istorja u l-familja tiegħu.
Strieħ fis-sliem, Calvin.
Facebook / Calvin Brincat