Fuq il-paġna tiegħu, Ray Falzon kiteb dwar l-opportunitajiet li rċieva li wassluh sa fejn hu llum. Wera gratitudni kbira għal minn fejn beda.
Hu spjega, “Minn eta żgħira kelli ċans li naħdem ma’ ħafna nies ta’ kalibru li mingħandhom tgħallimt ħafna. Grazzi speċjali lil Ray Azzopardi li tani l-ewwel opportunita’ li nidħol fix-xandir u lill-mibki Norman Hamilton li tgħallimt ħafna mingħandu speċjalment fejn tidħol l-umilta’. Grazzi wkoll lil Claudette Abela Baldacchino li kienet l-ewwel persuna li emmnet fija biex ta eta’ żgħira naħdem fl-ewwel kampanja tiegħi tal-EU.”
Żied jgħid, “Wara ġew ħafna esperjenzi sbieħ oħra li nitkellem fuqhom aktar ‘il quddiem. Qatt m’għandek tinsa minn fejn bdejt u min kien dejjem hemm għalik.”
Facebook / Ray Falzon