L-MP Stanley Zammit sellem il-memorja ta’ Chris Mangion, u kif ukoll lil ħames żgħażagħ Qrendin li kienu nvoluti fi traġedja 21 sena ilu.
Fuq il-paġna tiegħu hu kiteb, “Dalgħodu tajna l-aħħar tislima lil seħibna Chris Mangion.Illum insellmu ukoll lil ħames żgħażagħ Qrendin li 21 sena ilu tilfu ħajjithom f'inċident tat-traffiku. Nibqgħu niftakru fihom u nitolbu għalihom għal dejjem. Ħsibijietna jmorru lejn il-ġenituri, ħuthom u l-familjari tagħhom.”
Nitolbu biex Alla jagħti lil kull wieħed u waħda minnhom is-sliem u l-paċi biex jistrieħu għal dejjem miegħu. Nitolbu wkoll għall-familjari tagħhom f’dan iż-żmien diffiċli.
Bosta kienu dawk li offrew il-kondoljanzi tagħhom fil-kummenti.
Facebook / Stanley Zammit