Luca Lorenzo se jkun qed jieħu f’idejh programm ġdid matul il-ġranet tal-ġimgħa, hekk kif fl-iskeda l-ġdida tar-radju se jkun qed iżomm kumpanija mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-13:00 u t-15:00.
Lorenzo diġà huwa vuċi familjari għal dawk li jsegwu l-istazzjon, iżda issa se jkun qed jidħol f’ħin ġdid bil-programm “The School Run with Lorenzo”, maħsub biex jakkumpanja lis-semmiegħa matul il-ħin ta’ wara nofsinhar.
Kemm jekk wieħed ikun fi triqtu lejn id-dar, jiġbor lit-tfal mill-iskola jew sempliċement għaddej bir-rutina ta’ wara nofsinhar, Lorenzo se jkun qed iżomm kumpanija lis-semmiegħa b’mużika u divertiment.
L-appuntament il-ġdid jibda mis-13:00 u jibqa’ għaddej sat-15:00, mit-Tnejn sal-Ġimgħa.
Facebook/ Luca Lorenzo