Issir Statwa Tad-Deheb Fil-Parlament Ewropew Li Turi Lill-President Trump Bla Ħwejjeġ

Fil-binja tal-Parlament Ewropew ġewwa Strasburgu fi Franza, għadha kif ġiet esebita statwa magħmula mid-deheb li turi lill-President Amerikan Donald Trump mingħajr ħwejjeġ, bilqiegħda fuq spallejn raġel ferm iżgħar minnu fl-istatura, b'id waħda jżomm il-miżien tal-ġustizzja u bl-oħra, għodda tal-golf. L-istatwa ngħatat l-isem ta' 'Ir-Re tal-Inġustizzja'.

L-istatwa satirika ġiet skolpita mill-artist Daniż Jens Galschiøt li matul dawn l-aħħar snin sar magħruf għall-fehmiet kritiċi tiegħu dwar il-President Trump. Fil-fatt, anke meta Trump kien qed iservi l-ewwel terminu tiegħu bħala President tal-Istati Uniti bejn l-2017 u l-2021, dan l-artist Daniż sikwit kien juża x-xogħolijiet tiegħu sabiex sottilment jikkritika l-ħidma tal-mexxej Amerikan.

Mistoqsi dwar it-tifsira ta' din l-istatwa, l-artist Daniż tkellem f'dettall dwar l-elementi kollha li jsawru dan ix-xogħol satiriku. Dwar il-fatt li l-President jidher bilqiegħda fuq spallejn raġel viżibbilment iżgħar minnu, l-artist spjega fi kliemu kif din tirreferi għall-persuni ordinarji li ġew finanzjarjament mgħattna bit-tmexxija tal-President Amerikan. Spjega wkoll kif il-miżien tal-ġustizzja hu preżenti fl-istatwa b'sens ta' ironija, filwaqt li l-għodda tal-golf tirrappreżenta l-isport favorit tal-President Trump.

Ritratti:

Facebook / Chattanooga u President Donald J Trump

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI