Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Aġġornament tat-Temp qasmu mas-segwaċi tagħhom it-temp previst għall-jiem li ġejjin.
Qalu, “It-Tnejn 12 ta' Ottubru ‘l biċċa l-kbira imsaħħab u b'riħ forza 4 punent majjistru. Temperatura għolja tmiss 26°C u l-inqas 19°C. It-Tlieta 13 ta' Ottubru b’ħalbiet tax-xita tul il-lejl sa kmieni filgħodu li jsir ftit imsaħħab mal-jum u b'riħ forza 4 majjistral li jitla’ forza 5 u wara nofsinhar jdur grigal forza 4. Temperatura għolja tmiss 26°C u l-inqas 19°C. L-Erbgħa 14 ta' Ottubru xemxi b'riħ forza 4 għal 5 majjistral tramuntana. Temperatura għolja tmiss 24°C u l-inqas 18°C. Il-Ħamis 15 ta' Ottubru xemxi li jsir ftit imsaħħab wara nofsinhar u b'riħ xlokk forza 3. Temperatura għolja tmiss 25°C u l-inqas 17°C.”
Żiedu, “Il-Ġimgħa 16 ta' Ottubru xemxi li jsir ftit imsaħħab u b'riħ forza 3 għal 4 punent ilbic. Temperatura għolja tmiss 25°C u l-inqas 18°C. Is-Sibt 17 ta' Ottubru ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna kultant u b'riħ forza 3 għal 4 xlokk Lvant. Temperatura għolja tmiss 23°C u l-inqas 18°C. Il-Ħadd 18 ta' Ottubru biċċa l-kbira imsaħħab u bix-xita u b'riħ xlokk forza 4 għal 5. Temperatura għolja tmiss 24°C u l-inqas 19°C.”