“40 Sena Ta’ Memorji, Lezzjonijiet, Żbalji, Rebħiet, Mużika, Ħbiberiji, Familja” – Victorio Gauci

Victorio Gauci

Il-kantant lokali Victorio Gauci qed jiċċelebra għeluq l-40 sena tiegħu b’messaġġ mimli emozzjoni, gratitudni u riflessjoni dwar il-vjaġġ li wasslu sa fejn jinsab illum.

F’messaġġ li qasam mal-pubbliku, Victorio ħares lura lejn l-aħħar erba’ deċennji ta’ ħajtu, li ddeskrivihom bħala snin mimlija memorji, tagħlimiet, żbalji, rebħiet, mużika, ħbiberiji, familja u mumenti mill-isbaħ.

"Ma nibdlux dan il-vjaġġ; li għamilni l-persuna li jien illum! Grazzi lil kull min kien parti mill-vjaġġ tiegħi! Il-kapitlu 40 jibda issa!"

Victorio rringrazzja lil dawk kollha li kienu parti mill-vjaġġ tiegħu tul is-snin, u b’hekk wassal messaġġ ta’ apprezzament lejn il-persuni li akkumpanjawh, tawh is-sapport u qasmu miegħu l-mumenti sbieħ u dawk aktar diffiċli.

Awguri Victorio! Nixtiqulek ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!

Ara l-post HAWN

Ritratt:

Facebook/ Victoria Gauci

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI