Ikkanċellat Il-Villaġġ Tal-Junior Eurovision Fil-Qawra Minħabba Inċertezza Fuq It-Temp

Ftit sigħat ilu tħabbar li l-villaġġ tal-Junior Eurovision Song Contest li kien mistenni jsir fil-Qawra ġie kkanċellat minħabba inċertezza dwar il-kundizzjonijiet tat-temp għas-sigħat li ġejjin.

Għal bosta segwaċi tal-Junior Eurovision, din kienet se tkun opportunità sabiħa sabiex jiltaqgħu u flimkien igawdu l-ispirtu ta' din il-kompetizzjoni mużikali lil hinn mill-palk tal-MFCC.

Fuq nota iżjed pożittiva, ġie żgurat li l-ispettaklu ewlieni tal-Junior Eurovision Song Contest se jkun qed iseħħ xorta waħda.

Ritratt:

Facebook / Junior Eurovision Song Contest

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI