Ilbieraħ tħabbret it-telfa tat-tabib maħbub tant u tant mill-Maltin, Dr. Frank Portelli, li kien ilu snin twal jaħdem fis-settur tas-saħħa. Il-preżentatur John Bundy kien fost dawk li qasam messaġġ mill-qalb, fejn juri l-ħbiberija li sab f' Dr. Portelli.
"Daqsekk Apple's eye, Daqsekk Radisson Blu Daqsekk Xemxija, Daqsekk diskursati u pariri. Grazzi Frank, imma l-aktar grazzi hi għax stajt insejjaħlek veru ħabib. In-nuqqas tiegħek se nħossu ħafna, iżda ħallejtli għerf kbir."
Bosta kkummentaw u qablu perfettament mas-sentiment ta' John, fejn fost l-oħrajn isemmu kemm kien bniedem umli. It-tim ta' Gwida.mt mill-ġdid isellem il-memorja ta' Dr. Portelli.