Malta Tirbaħ Il-Premju ‘Best Host Country Tour’ Waqt Miss Universe!

Aħbar mill-isbaħ għal Malta hekk kif pajjiżna rebaħ il-premju ‘Best Host Country Tour’ waqt Miss Universe, rikonoxximent għall-aqwa żjara organizzata fost il-pajjiżi kollha li laqgħu lil Miss Universe Fatima Bosch matul it-tour dinji tagħha. Kien Alan J. Darmanin, id-Direttur Nazzjonali ta’ Miss Universe Malta, li ħabbar din l-aħbar fuq il-mezzi soċjali tiegħu, fejn esprima l-ferħ u l-emozzjoni tiegħu għal dan is-suċċess.

Alan iddedika dan il-premju lit-tifel li darba kien joħlom li jsegwi Miss Universe, sakemm illum mhux biss sar Direttur Nazzjonali ta’ Malta, iżda kellu wkoll kellu l-opportunità li jitla’ fuq il-palk biex jirċievi dan ir-rikonoxximent. Huwa wassal messaġġ ta’ kuraġġ lil dawk kollha li għandhom ħolma, filwaqt li saħaq li bix-xogħol u d-determinazzjoni wieħed jista’ jasal fejn jixtieq.

Alan irringrazzja wkoll lil VisitMalta u lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għall-għajnuna tagħhom, kif ukoll lil Kurt għall-appoġġ tiegħu fl-ippjanar taż-żjara. Prosit lil Alan u lil dawk kollha involuti f'dan is-suċċess għal pajjiżna!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI