Hemm imħabba li l-kliem kultant ma jkunx biżżejjed biex jesprimiha, u l-imħabba ta’ omm hija bla dubju waħda minn dawn. F’jum speċjali għall-familja tiegħu, l-MP Nigel Vella, qasam messaġġ mill-qalb lil ommu f’għeluq sninha.
Fil-messaġġ tiegħu, l-MP irringrazzjaha għal dak kollu li għamlet u għadha tagħmel għall-familja, filwaqt li fakkar kemm hi dejjem kienet u għadha pilastru b’saħħtu għalihom ilkoll. “Grazzi ta’ kemm bqajt dejjem bastun b’saħħtu għall-familja tagħna,” kitbilha bi mħabba, waqt li esprima kemm iħobbuha.
Vella żvela wkoll, li l-familja kollha nġabret flimkien biex apparti li tiċċelebra dan il-jum, tiċċelebra wkoll ix-xorti li għandhom, li ommhom u missierhom huma parti minn ħajjithom, għax fl-aħħar mill-aħħar, l-isbaħ rigal mhux dejjem ikun dak li wieħed jirċievi, iżda l-preżenza tal-ġenituri, l-imħabba tagħhom u l-memorji li jinħolqu flimkien.
It-Tim ta' Gwida.mt ukoll jingħaqad mal-awgurju u jifraħ mill-qalb lill-għażiża omm l-MP f'għeluq sninha!
Facebook/Nigel Vella