Illum jagħlaq sninu raġel importanti f'ħajjet Alana Bondin; l-għażiż żewġha. Alana kitbitlu messaġġ mill-qalb fejn tesprimi kemm ifisser għaliha u kemm tammira l-kwalitajiet sbieħ tiegħu.
"Serju, organizzat, xi kultant ftit nervuż u b’paċenzja li jiena u Cara nafu eżatt kif nittestjaw! Imma fuq kollox, bniedem li jħobbna bla qies u li dejjem irid l-aħjar għalina. Bejn il-genn, storbju u l-kaos tagħna, u l-imbarazz li jien u Cara naqilgħu (jien iktar naf)"
Alana tkompli, "Jien ċerta li għażilt sew… mhux biss għax sibt ir-raġel tiegħi , imma għax sibt ukoll l-aqwa missier li stajt nixtieq għal Cara. Jalla Alla jagħtik aktar paċenzja biex tibqa' kalm magħna t-tnejn. Awguri, imħabba tagħna! Inħobbuk!"
Qasmet ritratt mill-isbaħ tagħhom flimkien. Awguri mill-qalb Nicholas!
Facebook/ Alana Bondin