Lura fit-8 ta' Novembru 2026 Daniel Buttigieg kien involut fl-inċident fuq il-baħar li seħħ. Daniel b'kuraġġ kbir għamel dak kollu li seta' biex jagħti l-għajnuna tiegħu dakinhar.
Sfortunatament, Daniel ukoll sofra konsegwenzi minn din it-traġedja. Ħbieb viċin tiegħu organizzaw ġbir ta' donazzjonijiet biex ikollu l-għajnuna li għandu bżonn tul l-irkupru tiegħu.
"Din il-ġabra ta' fondi mhijiex biss dwar il-flus. Hija dwar l-umanità, is-solidarjetà u li nuru lil persuna li għaddiet minn tant tbatija li mhijiex waħedha. L-għan tagħna huwa li ngħinu lil Daniel finanzjarjament f'dan il-perjodu diffiċli, biex ikun jista' jiffoka fuq l-irkupru tiegħu u jibda jibni ħajtu mill-ġdid," tikteb Yan, ħabiba kbira ta' Daniel.
Tistgħu tidħlu HAWN biex intom ukoll tgħinu lil Daniel.
"Ejja nuru lil Daniel li għadu mhux waħdu. Flimkien ma Daniel. Illum, imiss lilna li ngħinuh. Grazzi mill-qalb lil kull min se jagħti sehmu."
Kuraġġ Daniel, f'isem it-tim ta' Gwida.mt!