Awguri Lil Fr Aayrton Il-Kappillan Tal-Parroċċa Ta’ Pembroke Li Qed Jiċċelebra Għeluq Sninu!

Illum, Fr Aayrton, il-kappillan tal-Parroċċa Kristu Rxoxt f’Pembroke, qed jiċċelebra għeluq sninu. F’dan il-jum speċjali, il-parroċċa wasslitlu l-isbaħ xewqat permezz ta’ messaġġ sabiħ fuq il-midja soċjali.

"Nawgurawlek ħafna sliem, saħħa u barkiet, filwaqt li nitolbu lill-għażiża Ommna Marija, sabiex tħarsek tul mixjietek!" kien il-messaġġ li l-parroċċa ddedikat lill-kappillan tagħha.

Għeluq sninu huwa wkoll okkażjoni sabiħa sabiex il-komunità parrokkjali turi l-apprezzament tagħha lejn il-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu fil-missjoni saċerdotali tiegħu.

Aħna f’Gwida.mt ningħaqdu mal-komunità ta’ Pembroke, mal-familjari u mal-ħbieb tiegħu sabiex nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali. Nawgurawlu ħafna saħħa, kuntentizza u aktar snin ta’ ħidma fost il-komunità.

Awguri mill-qalb, Fr Aayrton! Jalla jkollok ġurnata mill-isbaħ mimlija mħabba u barkiet!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI