“Xi Kultant, L-Iktar Rigal Prezzjuż Jasal Fuq L-Iktar Biċċa Karta Sempliċi” – Il-Kantant Mark Anthony Bartolo

Il-kantant lokali Mark Anthony Bartolo qasam mas-segwaċi tiegħu messaġġ sempliċi li rċieva, li misslu qalbu u ġiegħlu jirrifletti xi ftit.

Fuq il-paġna tiegħu kiteb, “Xi kultant, l-iktar rigal prezzjuż jasal fuq l-iktar biċċa karta sempliċi. Nota żgħira mingħand wiehed mill-istudenti tiegħi, tfakkarni li anke f’dawk il-jiem fejn inkun qed niddubita lili nnifsi, xorta jaf inkun qed nagħmel differenza fil-ħajja ta’ xi ħadd ieħor.”

Qal ukoll, “Dawn il-mumenti jfakkruni għalxiex għażilt li nkun għalliem.”

Fuq in-nota kien hemm miktub, “Inti għalliem mill-aqwa. Inħobb il-mużika tiegħek ħafna.”

Ma tistax ma tiggustax l-innoċenza ta’ dawn it-tfal, iżda din il-ġrajja tfakkarna wkoll kemm jista’ jfisser għal xi ħadd messaġġ sempliċi mill-qalb.

Ritratt:

Facebook / Mark Anthony Bartolo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI