“Fejn Marru 15-il Sena?! Dan Hu L-Lejl Li Fih Instemgħet Pure Għall-Ewwel Darba” – Claudia Faniello

Claudia Faniello

Il-kantanta lokali Claudia Faniello kitbet dwar memorja li żgur ser tibqa' f'qalbha. Is-sena meta pparteċipat fil-Malta Eurovision 2012 bil-kanzunetta Pure.

"Fejn marru 15-il sena?! Dan huwa l-lejl li fih instemgħet Pure għall-ewwel darba, live fuq Xarabank. Meta nħares lura, inħossni tant grata għal dik it-tifla b’ħolma kbira, u għal kull wieħed u waħda minnkom li kantajtu magħha minn dak iż-żmien ’l hawn."

Claudia kienet klassifikat fit-tieni post f'dik l-edizzjoni. Il-kanzunetta Pure għadha tant maħbuba sal-lum il-ġurnata kemm mis-segwaċi lokali kif ukoll internazzjonali tal-Eurovision.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI