Id-Drinu tista’ tgħid li llum il-ġurnata kiseb il-popolarità mal-Maltin u l-Għawdxin kollha! Ilbieraħ spiċċa kellu episodju kemxejn differenti mis-soltu għax waqt li kien qiegħed fuq il-live tiegħu, jallegra s-segwaċi tiegħu bejn xi ċajta, bejn xi żifna u bejn xi kummiedja mat-tiġieġa li kien qed isajjar ħabbatlu l-bieb.
Id-Drinu fetħet ommu u inħasdet mhux ftit kif sabet il-pulizija ma’ wiċċha! Jidher li l-pulizija riedu jkellmu lil Drinu, waqt dan kollu ħarablu wieħed mill-klieb u jidher li l-pulzija spiċċa jiġri wara l-kelb sakemm dan reġa’ sab triqtu lura lejn daru. Il-pulizija marru jżuru lil Adrian għax irċevew telefonata dwar Adrian.
Kien hemm xi ħadd li rrapportah. Adrian kulma kien qed jagħmel jallegra lis-segwaċi tiegħu bil-mod tiegħu, xejn kbir u ta’ barra minn hawn. Hu kien jinsab ġewwa daru u ma kien qed iddejjaq lil ħadd b’xi storbju jew hekk! Kif skoprew x’ġara, ħafna u ħafna segwaċi tiegħu bdew jgħaddulu messaġġi ta’ kuraġġ.
Semmiegħa partikolari ċemplitlu u Adrian spiċċa tassew emozzjona ruħu bil-kliem sabiħ u kliem ta’ kuraġġ li qaltlu. Il-Kaboċċ, li llum il-ġurnata wkoll sar popolari peress li hu karattru ieħor li jħobb idaħħak wera solidarjetà miegħu ukoll fuq il-mezzi soċjali. Min jipprova jnissel tbissima fuq wiċċ dak li jkun jidher li mhux dejjem jinżel tajjeb!
Adrian irringrazzja l-pulizija li marru fuq il-post fi żmien qasir u kienu pronti jieħdu azzjoni wara li rċevew ir-rapport imma jidher li dawn inqalgħu għal xejn!
Facebook / Adrian Zammit